Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu kif il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau mistenni jħabbar ir-riżenja tiegħu fil-jiem li ġejjin.
Jekk dan iseħħ, hu se jkun qed jieqaf mill-irwol ta’ mexxej tal-Partit Liberali li bħalissa qed jiggverna dan il-pajjiż fl-Amerika ta’ Fuq, u jtemm disa’ snin bħala Prim Ministru.
Ix-xahar li għadda l-Ministru tal-Finanzi tiegħu rreżenja wara nuqqas ta’ qbil dwar id-dikjarazzjoni tal-President Elett Donald Trump dwar it-theddida li se jgħolli t-tariffi għal-prodotti Kanadiżi.
Stħarriġ differenti li qed isir qed juru wkoll kif Trudeau qed jitlef il-popolarità mal-votanti, u li kieku kienet issir elezzjoni kien se jitlifha.