Rapporti fil-midja qed jgħidu li matul il-jum tas-Sibt l-Pulizija arrestat lil Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu.
Ġie rappurtat li ċ-Ċaqnu ġie interrogat fuq diversi akkużi fosthom li allegatament ikkawża ġrieħi fuq terzi persuni u allegatament xerred materjal pornografiku mingħajr il-kunsens.
L-istess rapporti qalu li l-Pulizija mill-Iskwadri tar-Reati Maġġuri u tar-Reati Abbażi tal-Ġeneru wettqu xi tfittxijiet fid-dar taċ-Ċaqnu f’Ħal-Safi fejn ġie ikkonfiskat ukoll xi apparat elettroniku.