Rapporti fil-MaltaToday qed jgħidu li fl-aħħar ta’ dan ix-xahar Dun David Muscat mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ kliem ta’ mibegħda.
Jumejn ilu, il-qassis Mosti f’kummenti fuq Facebook qal li meta persuna tkun gay hija agħar minn imxajtna.
Dan il-kumment ġab l-istmerrija u l-kundanna ta’ bosta persuni.
L-għada, jiġifieri l-Ħamis, dan is-sit one.com.mt żvela kif Dun David Muscat kien imsejjaħ fl-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.
Il-Ħamis filgħaxija, il-Kurja ħabbret li l-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna ħareġ bi twissija formali fil-konfront ta’ Dun Muscat.
L-Arċisqof ordnalu biex ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u li jweġġgħu.
Apparti minn hekk l-Arċisqof Scicluna ordna lil Dun David Muscat biex ineħħi l-kumment tiegħu fuq Facebook.