Skond rapporti li għadhom qed jiżviluppaw, Il-Kap tal-Grupp Merċenarju Wagner Yevgeny Prighozin tilef ħajtu wara li kien abbord ajruplan li ġġarraf fir-reġjun ta’ Tver fuq Moska.
L-ajruplan kellu fih għaxar persuni – seba’ passiġġieri u tliet membri tal-ekwipaġġ.
L-Awtorità għall-Avjazzjoni Ċivili Russu qalet li Yevgeny Prighozin kien fost wieħed mill-passiġġieri.
L-ewwel informazzjoni qed turi li l-ajruplan kien fi triqtu għal San Pietruburgu minn Moska.
Aktar kmieni, l-istazzjoni Grey Zone, magħruf għar-rabta tiegħu mal-grupp merċenarju rrapporta kif ajruplan ġie mniżżel mill-difiża kontra l-attakki mill-ajru fl-istess reġjun li fih iġġarraf l-ajruplan li kien abbord fuqu Prighozin.
Prighozin kien imexxi l-grupp tal-Wagner li lura f’Ġunju li għadda sfida t-tmexxija ta’ Putin b’25,000 suldat minn tiegħu u wettaq ribelljoni.
B’reazzjoni Putin kien sejjaħ l-isfida mill-kap tal-forza Merċenarja bħala “tradiment” u li mar kontra x-xewqat l-awtoritajiet Russi. Dakinhar Putin kien wiegħed li ser jikkastiga lil dawk involuti.
Prigozhin l-aħħar li deher kien propju jumejn ilu hekk kif xandar filmat fejn sostna li l-grupp tiegħu qed ikompli jgħin iwassal Afrika aktar ħielsa. Fil-fatt, qed jaħsbu li f’dan l-aħħar filmat, Prigozhin kien fl-Afrika.
BREAKING NEWS – WAGNER BOSS YEVGENY PRIGOZHIN DEAD IN A PLANE CRASH IN NORTH WEST OF MOSCOW, RUSSIA pic.twitter.com/7yw6n18d73
— Insider Paper (@TheInsiderPaper) August 23, 2023