L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħda twissi li hemm ċans kbir li l-virus Zika jkompli jinfirex fil-kontinent Ażjatiku.
Dan wara mijiet ta’ rapporti tal-virus f’Singapor, u rapporti ġodda fit-Taljandja.
S’issa dan il-virus instab f’sebgħin pajjiż, b’dsatax minnhom ikunu fl-Ażja. Fir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tissemma l-possibilità ta’ iktar rapporti tal-virus Zika f’pajjiżi oħra li s’issa kienu ħelsu minnu.
Dan il-virus huwa inkwetanti l-iżjed għal nisa tqal, hekk kif ġie marbut ma’ difetti tat-twelid. L-akbar u l-agħar każijiet rreġistrata s’issa kienu fil-Brażil.