Il-pulizija qiegħda tqies b’kawtela kbira dikjarazzjonijiet u allegazzjonijiet li qiegħed jagħmel in-negozjant Yorgen Fenech waqt l-interrogazzjoni li qiegħed ikollu.
Rapporti fil-midja qalu li Feneh qiegħed jagħmel allegazzjonijiet mal-pulizija li ftit li xejn jistgħu jitwemmnu.
Yorgen Fenech ġie arrestat għall-ewwel darba fl-20 ta’ Novembru li għadda.
Matul din il-ġimgħa huwa ġie interrogat bosta drabi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.
Iżda għal diversi drabi tul l-interogazzjonijiet, Fenech allegatament inqabad f’bosta kontradizzjonijiet.
Fost oħrajn rapporti fil-midja qalu li n-negozjant Yorgen Fenech implika lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Saru wkoll numru ta’ allegazzjonijiet oħra bħal li kien hemm pjan biex Fenech iħalli pajjiżna.
Il-pulizija qiegħda taħdem b’kawtela kbira u tinvestiga b’reqqa kbira dak li qed jallega anki ma’ rappreżentanti tal-Europol.
Il-pulizija tkellmet ukoll mal-eks chief of staff Prim Ministru Keith Schembri fejn matul il-jum tal-Ħamis kompla jgħin lil Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.