In-Nazzjonijiet Magħquda qed takkuża liċ-Ċina bi ksur tad-drittijeit tal-bniedem f’rapport li ġie kkummissjonat mill-Uffiċċju tal-Kummissraju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Magħquda, wara allegazzjonijiet ta’ abbuż fil-provinċja ta’ Xinjiang.
Ir-rapport evalwa allegazzjonijiet ta’ abbuż u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u trattament ħażin kontra Musulmani Uyghur u minoranzi etniċi oħra.
Fil-fatt, l-investigaturi li ħadmu fuq dan ir-rapport qalu li sabu evidenza ta’ torturi u diskriminazzjoni, fosthom kontroll fuq it-twelid.
Min-naħa tagħha, iċ-Ċina ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet u sejħet dan ir-rapport bħala farsa maħdum mill-Punent.