Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet Għat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fi stqarrija, jiċħad rapport li deher fil-faċċatta tal-gazzetta in-Nazzjon, bit-titlu ‘Tifla Niġerjana tinstab mejta f’residenza mmexxija mill-Appoġġ’.
Il-Ministeru jikkonferma li din ir-residenza titmexxa mid-Dumnikani u mhux mill-Aġenzija Appoġġ.
Hija ħasra illi l-ġurnal in-‘Nazzjon’ juża dawn l-istejjer umani għal skopijiet politiċi minflok ma jinforma lill-qarrejja tiegħu b’informazzjoni veritjiera kif kien spjegat fl-istqarrija tal-bieraħ.