Rapport uffiċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa juri li l-pandemija tal-Covid-19, ikkawżat il-mewt ta’ kważi ħmistax-il miljun persuna madwar id-dinja.
Dan in-numru huwa tlettax fil-mija iżjed tal-imwiet li jkunu antiċipati li jseħħu f’perjodu ta’ sentejn.
Il-WHO temmen li ħafna pajjiżi naqsu milli jirrappurtaw l-imwiet bil-Covid, hekk kif kienu biss ħames miljuni li ġew irrappurtati b’mod uffiċjali.
Fl-Indja seħħew kważi terz tal-imwiet kollha.
Dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll imwiet li ma seħħewx direttament bil-Covid iżda minħabba l-effetti tal-pandemija, bħal per eżempju nies li spiċċaw mietu għax ma kellhomx aċċess għall-kura fl-isptarijiet li ma bdewx ilaħħqu mal-pazjenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI