Rapport mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF dwar l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli issa jifforma parti mir-rekords tal-allegat każ ta’ ħasil tal-flus kontra iż-żewġ itfal tiegħu.
Kopja ta’ dan ir-rapport ġiet ippreżentata fil-Qorti hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni kontra Louise Dalli u Claire Gauci Borda, li flimkien ma’ erba’ barranin qed jiġu akkużati li ffrodaw diversi investituri u li kienu l-imħuħ wara l-operazzjoni finanzjarja illegali magħrufa bħala Ponzi.
L-erba’ barranin akkużati minn dak iż-żmien ’l hawn mietu.
Il-proċeduri kontra ż-żewġt aħwa tal-eks Ministru Nazzjonalista John Dalli issa se jerġgħu jibdew f’Ottubru meta l-Prosekuzzjoni mistennija tipproduċi madwar ħdax-il xhud biex jikkonfermaw dokumenti kif mitlub mill-Avukat Ġenerali.