Kmieni dalgħodu ċerti ġurnali barranin irrappurtaw li seħħet ‘splużjoni’ fi stabbiliment tal-McDonalds ġewwa Franza, dan wara li għamlu sejba ta’ apparat kbir f’wieħed mit-tojlits.
Il-Pulizija għalqu t-toroq li hemm madwar l-istabbiliment u qed jinvestigaw dan l-allegat każ ta’ splużjoni.
Il-midja Franċiża rrapportat li kien hemm splużjoni f’wieħed mill-McDonalds f’Grenoble meta ntlemħet ħuġġieġa kbira ta’ nar ġejja mit-tojlit.
Persuni li kienu fl-istabbiliment ġew evakwati b’mod immedjat filwaqt li l-maniġment tal-McDonalds inspezzjonaw ir-ristoranti l-oħrajn.
S’issa l-Pulizija għadhom ma kkonfermawx b’mod uffiċjalment din l-isplużjoni iżda qed jingħad li n-nar ġie kkawżat b’logħob tan-nar tal-idejn.