Wara tfittxija li saret fuq ġuvni ta’ 17-il sena u raġel ta’ 57 sena mis-Senegal, il-Pulizija sabet diversi pakketti suspettata droga li wasslet għall-arrest tagħhom.
Kien għall-ħabta tas-19.00, li l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa, peress li kien irrapurtat argument bejn diversi persuni.
Iżda minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija mid-distrett tal-Belt u mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit ma ġie nnutat l-ebda argument.
Waqt li kien għaddej dan l-istħarriġ, il-Pulizija innotat li l-persuni li kienu fuq il-post dehru aġitati u għalhekk kompliet bl-istħarriġ tagħha li rriżulta fis-sejba ta’ dawn il-pakketti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.