Jidher li huma mgħaduda l-jiem li baqalu miftuħ iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. Irrapportat dan it-Times of Malta li qalet li dan il-pass se jittieħed b’rabta ma’ dak imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
It-Times of Malta, li twassal din l-aħbar fil-faċċata tagħha, ikkonfermat li din mhix reazzjoni għall-protesta li se ssir il-Ħadd mir-residenti tal-Marsa li se jwasslu t-tħassib tagħhom fuq l-impatt ta’ dan iċ-ċentru bieb u għatba mar-residenti.
Dan il-pass qed jittieħed ukoll fid-dawl li fl-aħħar snin naqsu ħafna l-wasliet tal-immigranti rregolari u għalhekk f’Ħal Far fejn diġà jeżistu ċerti faċilitajiet fejn kollox se jkun organizzat aħjar.
Fl-aħħar xhur il-Gvern żied l-infruzar u l-għassa f’lokalitajiet bħall-Marsa u l-Ħamrun u l-istess mistenni jkompli jiġri f’Ħal Far u anke f’Birżebbuġa.