Fl-aħħar jiem, il-Grupp SiGMA Europe | World iGaming Summit laqa’ f’pajjiżna 25,000 delegat u 1,000 viżitatur minn 80 pajjiż differenti, bħala parti mill-avveniment tiegħu tal-Malta Week f’Novembru. Studju li sar fuq l-impatt l-ekonomiku li dan iħalli, wera li dawn il-viżitaturi internazzjonali fuq medda ta’ sebat ijiem jokkupaw aktar minn 60% tal-lukandi ta’ 4 u 5 stilel f’Malta matul iż-żjara tagħhom, fi żmien meqjus bħala wieħed kwiet għal din il-gzira. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 20% fl-okkupazzjoni tal-lukandi, f’dan ix-xahar partikolari.
Dan ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li sar minn ekonomisti ta’ reputazzjoni internazzjonali, ħares lejn statistika dwar id-dħul iġġenerat minn dan is-Summit mill-2016 sas-sena 2022 inkluż in-nefqa ta’ dawn il-viżitaturi. Huwa wera li s-summit tal-Grupp SiGMA ibbażat f’Malta jiġġenera attività ekonomika sinifikanti fil-gżira. Huwa jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u żvilupp tal-ekonomija Maltija permezz:
- Ta’ spinta lill-impjiegi
- Influss ta’ turisti
- Tkomplija ta’ fama globali bħala destinazzjoni turistika għal Malta.
Spinta lill-impjiegi
Ir-rapport żvela li l-avveniment ta’ Novembru tal-Grupp jiġġenera attività ekonomika biżżejjed biex isostni l-ekwivalenti ta’ 950 impjieg għal sena. L-impjiegi jseħħu f’firxa wiesgħa ta’ setturi – jestendu madwar l-industriji tal-logħob għall-bejgħ bl-imnut, il-manifattura u d-divertiment.
Ditti b’setturi assoċjati mal-avveniment tal-Malta Week (logħob, esports, teknoloġija emerġenti, ICT, servizzi korporattivi, teknoloġija medika u marketing diġitali/affiljati) fl-2019 iġġeneraw direttament €194 miljun f’valur miżjud għall-ekonomija ta’ Malta, ekwivalenti għal 7% tal- valur miżjud dirett tas-setturi rilevanti.
Dawn is-setturi ekonomiċi bħalissa qed jiġġeneraw 38,000 impjieg f’Malta – ekwivalenti għal 33% tat-total tas-settur tal-impjiegi fil-pajjiż.
Il-ġibda ta’ talenti u viżitaturi
Il-viżitaturi internazzjonali għall-avveniment f’Novembru jokkupaw aktar minn 60% tal-lukandi ta’ 4 u 5 stilel f’Malta matul iż-żjara tagħhom. Dan l-influss ta’ mistednin joffri spinta sinifikanti lil settur li kieku kien jara okkupanza medja ta’ 40% matul dan ix-xahar ta’ wara. SiGMA Malta 2019 ġġenerat kemm min-nefqa tal-avvenimenti kif ukoll tat-turisti: €6 miljun f’valur miżjud, ekwivalenti għal 0.05% tal-valur miżjud totali għall-ekonomija tal-pajjiż.
SiGMA 2022 tilqa’ 50,000 delegat minn madwar id-dinja
Matul is-snin, SiGMA rat tkabbir kontinwu qawwi. Minn avveniment wieħed fl-2014 li jospita 1,500 ruħ, SiGMA espandiet biex tospita erba’ avvenimenti fl-2022 – laqgħet aktar minn 50,000 ruħ. Aktar minn 25,000 parteċipant attendew għall-attività ta’ Malta Week f’Novembru. 2023
Kalendarju ta’ avvenimenti ghal 2023
Il-Grupp SiGMA jħossu kburi bl-orizzonti wesgħin tiegħu, u jirrikorri ghal wħud mill-industriji l-aktar vibranti, intraprenditorjali u li qed jikbru jikbru b’pass mgħaġġel fl-ekonomija globali.
Il-Grupp ħabbar li se jorganizza sitt summits ta’ kull xahrejn ta’ klassi dinjija s-sena d-dieħla – b’avvenimenti li jsiru madwar 5 kontinenti: Nairobi, Dubai, Sao Paulo, Manila, Limassol, u Malta.
SiGMA Group se jniedi l-ewwel avveniment inawgurali tiegħu ghal 2023 fl-Afrika, b’Nairobi mistenni li jseħħ f’Jannar li ġej. Aqra aktar fuq: SiGMA Africa 2023: Nairobi, Kenya – SiGMA Events (sigmaworld.events)
















