Il-Kumitat t’esperti kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa magħruf bħala l-Moneyval qal li Malta għamlet progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
F’rapport li ġie ppubblikat minn sensiela ta’ rapporti oħra tal-Moneyval, jingħad li b’mod ġenerali, Malta laħqet il-kriterji stabbiliti mill-istituzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa wara għadd ta’ riformi mbuttati wkoll fl-aħħar xhur taħt l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela.
Fil-fatt ir-rapport jgħid, “Malta has made progress to address the technical compliance deficiencies identified in the MER.”
Il-Moneyval qal li r-rating ta’ Malta fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus mhux wieħed li ma jżommx jew ma jżommx ma’ parti mill-kriterji stabbiliti li jagħmlu pajjiż serju fis-settur finanzjarju.
Fost l-oħrajn dan ir-rapport li ħareġ jinnota kif l-awtoritajiet Maltin irregolaw is-settur tal-proprjetà u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA tikkopera bi sħiħ mar-Reġistru Malti tal-Kumpaniji biex tassigura li kumpaniji li jaħdmu bil-liċenzja jkollhom l-awtorizazzjoni neċċessarja.
“Malta adopted the Act to Make Provision for the Licensing of Real Estate Agents, Property Brokers and Property Consultants (Art. 3, 4, 5 and 10) that imposes licensing requirements on real estate agents, property brokers and property consultants. These requirements ensure prevention of criminals from being a property broker or real estate agent or being employed or engaged as a branch manager or property consultant, and a BO.”
“MFSA cooperates actively with the MBR to ensure that any companies undertaking licensable activities obtain the required authorisation.”
Ir-rapport isemmi wkoll il-ħidma tal-FIAU fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.
Il-Moneyval innota wkoll titjib fl-ispeditezza tar-rapporti li jidħlu fuq transazzjonijiet suspettużi.