Intelliġenza ġdida turi li grupp favur l-Ukrajna kien il-moħħ wara l-attakk fuq il-pipelines tal-gass Nord Stream f’Settembru li għadda. Dan qed jiġi rrapportat fuq in-New York Times.
L-uffiċjali Amerikani qalu li ma kellhom l-ebda evidenza li l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky jew uffiċjali oħra tal-gvern Ukren kienu involuti f’dan l-attakk fuq il-pipelines li jispulixxu l-enerġija mir-Russja għall-Ġermanja.
L-isplużjonijiet fuq dawn il-pipelines saru fiż-żoni tal-Iżvezja u d-Danimarka; biż-żewġ pajjiżi kienu kkonkludew li l-isplużjonijiet saru b’intenzjoni, iżda ma kienux jafu min hu responsabbli.
L-Amerika u n-NATO kienu qalu li dawn l-attakki kienu atti ta’ sabotaġġ, filwaqt li r-Russja kienet qalet li dan seħħ tort tal-Punent, iżda l-ebda allegazzjoni ma kellha evidenza.
In-New York Times irrapportat ukoll li l-uffiċjali Amerikani jemmnu li dawk involuti huma probabbilment ċittadini Ukreni jew Russi u li huma kontra l-President Russu Vladimir Putin u li l-ebda ċittadin Amerikan jew Brittaniku ma kienu involuti.