Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern ċaħad rapport li deher f’sit li mhix magħrufa u li hi assoċjata ma’ stejjer fake news dwar is-saħħa tal-Prim Ministru.
Fi tweet huwa qal li kull rapport li l-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab ma jiflaħx fi New York huwa falz.
Any news that PM @JosephMuscat_JM is ill in New York is #fakenews.
— Kurt Farrugia (@KurtFarrugia) September 24, 2017
Intant tweet miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, turi ritratt tal-Prim Ministru wara sessjoni ta’ taħriġ proprju wara li ħarġet l-aħbar mhux veritiera.
Great workout with @JosephMuscat_JM after reading the FAKE news that he is in hospital – 🏃 pic.twitter.com/Zb84zNkQeD
— Keith Schembri (@keithaschembri) September 24, 2017