Rapport aġġornat dwar il-festini li saru mill-Gvern Ingliż – fi żmien li r-Renju Unit kien waqt l-lockdown – se jkun qed jiġi ppubblikat minn Sue Gray, li kitbet ir-rapport, ladarba l-pulizija jkunu temmew l-investigazzjonijiet tagħhom.
Wiegħed li jagħmel dan il-Gvern Ingliż.
Ir-rapport ta’ Gray jinnota li kien hemm nuqqasijiet fit-tmexxija meta ġew eżaminati 16-il attività.
Il-Pulizija Metropolitana qed jinvestigaw 12-il attività li saru u li allegatament kisru l-miżuri li kien hemm fis-seħħ kontra l-COVID-19. Tlieta minnhom allegatament attenda għalihom il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnsonm u ieħor li sar fl-appartament tiegħu.
Sorsi qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li l-pulizija rċevew aktar minn 500 paġna ta’ dokumenti flimkien ta’ 300 ritratt. Il-pulizija se jkunu qed ikellmu lin-nies li potenzjalment kisru r-regoli tal-lockdown.