L-Avukat Randolph De Battista se jassumi l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.
De Battista kien diġà jokkupa din il-kariga mill-2017 sal-2020.
Huwa kien ukoll parti mit-tim tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista qabel l-2013 filwaqt li għal xi snin ħadem fi Brussell fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta, kif ukoll kien membru tat-tim tan-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier.
Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela awgura lil Randolph De Battista filwaqt li rringrazzja lil George Azzopardi għall-ħidma tiegħu f’din il-kariga fl-aħħar snin.
George Azzopardi għażel li jissokta l-ħidma tiegħu f’karriera differenti.
Intqal li l-Partit Laburista huwa xhieda ta’ tiġdid kontinwu u dejjem lest għal aktar sfidi u suċċessi.