L-imħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Ramona Frendo ġiet eletta biex isservi fil-Kumitat ta’ Tmexxija (Conseil de Gestion) tal-istess Qorti sa Awwissu 2022.
Dan il-Kumitat li għadu kif twaqqaf huwa l-uniku wieħed fi ħdan il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li l-membri tiegħu jiġu eletti, u mhux nominati.
Dr Frendo ġiet eletta mal-ewwel u b’hekk, flimkien ma’ erba’ ġudikanti oħra, hija l-ewwel Maltija li se sservi f’din il-kariga prestiġjuża u li tagħmel unur lil pajjiżna.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis jawgura lill-Imħallef Frendo għal din il-kariga prestiġjuża.