Illum wara nofsinhar, Ramona Attard ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista.
Dan wara li lbieraħ il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approvaw in-nomina biex l-Avukat Ramona Attard tiġi co-opted bħala Membru Parlamentari.
Dr Ramona Attard ħadmet fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE u kienet ukoll President tal-Partit Laburista għall-erba’ snin.
Fl-ewwel diskors tagħha fil-Parlament, l-Avukat Attard qalet li hi temmen f’politika tad-drittijiet ċivili u politika ta’ ekonomija li tibqa’ b’saħħitha favur il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.