Tfajjel ta’ ħmistax-il sena li jismu Ramiro Mallia flimkien ma’ qraba, ħbieb u għalliema qed jimxu minn Baħar iċ-Ċagħaq għall-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.Għalkemm għadu żgħir, Ramiro għadda mill-marda tal-kanċer. Tispikka t-tbissima fuq fomm iż-żagħżugħ li x-xewqa tiegħu nbidlet f’realtá, x-xewqa li joħloq aktar għarfien dwar il-marda tal-kanċer u kif taffettwa b’mod negattiv lil familjari.
Ramiro għandu bżonn fondi li se jinġabru f’din il-mixja u qabża l-baħar biex Karl Vella Foundation tkun tista’ tkompli tgħin tfal li għandhom bżonn l- għajnuna. Minkejja li xi ftit ma jiflaħx, iż-żagħżugħ determinat li għamel din il-qabża fil-baħar kiesaħ ta’ Diċembru, biex il-messaġġ jasal għandek.
Ramiro bagħat din l-ittra lill-mezzi tax-xandir – ittra li kiteb ftit ilu imma li issa sab il-kuraġġ u xerridha bit-tama li l-attività tkun suċċess. Hija verament ittra li tmiss il-qlub.