Il-pulizija Ġermaniża arrestat is-suspettat imlaqqam bħala “Rambo” wara ħamest ijiem ta’ tfittxija fil-Black Forest.
Yves Rausch li għandu 31 sena ħarab lejn il-foresti fin-naħa ta’ isfel tal-Ġermanja wara li hedded erba’ uffiċjali tal-pulizija u seraq il-pistola tagħhom.
Aktar minn 2,530 uffiċjal kienu involuti f’din l-operazzjoni kif ukoll klieb tas-servizz u ħelikopter.
Huwa nstab moħbi qalb is-siġar armat bl-istess pistoli li seraq u b’mannara f’ħoġru.