Bħal dan iż-żmien, id-dinja Iżlamika tkun qed tipprepara għax-xahar tar-Ramadan iżda din is-sena ser tieħu xejra oħra minħabba l-pandemija.
Ir-Ramadan huwa l-iktar xahar sagru fil-kalendarju Iżlamiku.
Din id-darba t-talb waqt dan il-perjodu kif ukoll il-festi tal-Eid al-Fitr li jiċċelebraw it-tmiem tar-Ramadan ser ikunu qed isir mid-djar minflok. Il-President Iranjan Hassan Rouhani tenna li mhux ser isiru ċ-ċerimonji tas-soltu marbuta ma dan iż-żmien.
Intant l-Gvern Pakistan ordna li gruppi ta’ ħames persuni jew inqas jistgħu jattendu għat-talb fil-Moskea.
Filwaqt li fir-Renju Unit, il-Musulmani qed jippreparaw sabiex ir-Ramadan ikun jista’ jsir online.