L-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali Malta Flimkien, se tilħaq il-qofol tagħha bl-attività tal-Ħadd waranofsinhar: ir-RALLY TEAM MALTA.
Fid-dawl li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-mass meetings ma jistgħux isiru fil-mod tradizzjonali, il-Partit Laburista se jorganizza attività li għalkemm bilqiegħda u b’responsabbilta tilqa’ l-eluf.
Is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis, spjega l-ħsieb wara din l-attività.
“Qed nagħmlu l-almu kollu tagħna biex naġixxu b’responsabbiltà, imma fl-istess ħin nilqgħu lil dawk kollha li jixtiequ jkunu magħhna nhar il-Ħadd għal din l-attività. L-attività se ssir fit-trade fair grounds in-Naxxar u żgur li ħa tkun attività mill-isbaħ”
Is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis
Ir-rally Team Malta, li wieħed irid jirriserva post għalih, se jibda fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar u se jinkludi spettaklu minn kantanti u mużiċisti magħrufa.
“Intgħażel dak il-post biex inkunu nistgħu jkollna post fejn nistgħu naħdmu b’mod organizzat, u dawk kollha li ħa jattendu jkunu jistgħu jidħlu f’żoni differenti, minn spazji differenti.”
Is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis
Il-qofol tal-attività se jintlaħaq bil-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela, fi tmiem ġimgħa li fiha l-Partit Laburista nieda proposti għall-futur ta’ pajjiżna u l-Prim Ministru ngħata laqgħat sbieħ minn lokalità għall-oħra li żar.
“Kull minn jappoġja l-għajta ta’ Malta Flimkien, nhar il-Ħadd għandu jkun magħna fit-trade fair grounds in-Naxxar.“
Is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis