Kollox lest sabiex fl-aħħar Ħadd ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu, il-Partit Laburista jtella’ l-akbar attività f’din il-kampanja elettorali.
L-attività se tibda fit-tlieta ta’ waranofshinar fl-MFCC Ta’ Qali u l-qofol jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
F’kumment ma’ One News il-President tal-Partit Laburista, Dr Ramona Attard, stiednet lil kulħadd sabiex jattendi għar-Rally Tim Malta.
Dr Attard stqarret, “Dan huwa l-aħħar Ħadd prattikament tal-kampanja elettorali. Ir-Rally Team Malta ser iseħħ fl-MFCC Ta’ Qali u huwa l-akbar venue li sa issa użajna f’din il-kampanja elettorali u għalhekk l-istedina hija għall-eluf biex jiġu u jingħaqdu flimkien f’dan l-avveniment li ser ikun one of a kind. Ser ikun l-isbaħ attività li seħħet s’issa f’din il-kampanja spettaklu kbir b’artisti lokali, l-aqwa talent Malti imma ovjament il-climax ta’ din il-kampanja tintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.”
F’Rally Team Malta, li se jkun organizzat b’responsabilità se jittella’ spettaklu bil-kunċert ‘Together in Concert’. Il-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista se jkunu qed jorganizzaw trasport minn kull lokalità. Dawk kollha li jridu jattendu għar-rally jeħtieġ jirriservaw post u jistgħu jagħmlu dan fuq is-sit partitlaburista.org jew iċemplu fuq 20901751.