Numru ta’ dimostranti nġabru fit-toroq ta’ Richmond fl-Istati Uniti fejn qed isemmgħu leħinhom favur l-użu tal-armi.
Dan f’rally li l-awtoritajiet f’Virginia huma mħassba li tista’ tkun vjolenti.
Il-Gvernatur tal-istat Ralph Northam iddikjara stat ta’ emerġenza qabel il-protesta, u pprojbixxa l-użu tal-armi tan-nar minn ċertu nħawi.
Ritratt: BBC News