Il-Ħadd li ġej, il-Partit Laburista se jorganizza Rally ieħor ‘Team Malta’ dan fl-aħħar Ħadd qabel mal-poplu jmur jivvota fl-elezzjoni ġenerali.
L-attività politika ta’ nhar il-Ħadd se tkun xi ftit differenti minn dawk tas-soltu bit-tema tal-attività se tkun ‘Together In Concert’ u se ssir fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Fil-fatt se jkun hemm spettaklu b’kunċert mużikali qabel id-diskorsi politiċi.
Ir-rally se jittella’ b’responsabilità u f’konformi mar-regoli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal lill-attività tibda fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar u tintemm bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela li mistenni jagħlaq ir-raba’ ġimgħa tal-kampanja elettorali b’messaġġ ieħor b’saħħtu favur futur sabiħ għal pajjiżna.
Qal, “Bħal-lum ġimgħa hu l-aħħar jum tal-kampanja u għalhekk nhar il-Ħadd ir-rally hu l-aħħar attività tal-massa li ssir il-Ħadd. L-appell tiegħi lil dawk li qed isegwuwna bħal ma rajtu fl-attivitajiet fl-aħħar ġranet u ħdud qed ikun hemm programm interessanti ħafna ta’ divertiment apparti wkoll il-messaġġ politiku. Nħeġġiġkom tingħaqdu magħna f’dan il-vjaġġ għas-26 ta’ Marzu, issa baqa’ l-aħħar ftit.” Dawk kollha li jridu jattendu għar-rally jeħtieġ jirriservaw post u jistgħu jagħmlu dan fuq is-sit partitlaburista.org jew iċemplu fuq 20901751.