Fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi kien varat il-proġett Rakkonti. Proġett maħsub li jindirizza l-isfida tal-illitteriżmu u li jsaħħaħ il-ħiliet tal-lingwi. Permezz ta’ puppets it-tfal semgħu rakkonti ta’ ħrejjef u tgħallmu t-tgħallima li toħroġ mill-istorja billi kantaw kanzunetta.
Dawn il-puppets saħħru lit-tfal hekk kif serqu l-attenzjoni tagħhom u li b’hekk kienu aktar attenti għar-rakkont.
Il-Ministru Bartolo qal li l-proġett se jgħin biex jikber aktar l-apprezzament lejn il-lingwa Maltija. Il-Ministru għamel ukoll aċċenn għall-interess li dawn ir-rakkonti jibdew isiru wkoll b’lingwi oħra sabiex jinfetħu orrizonti u nteressi ġoddi għal dawn il-lingwi.
Ir-rakkonti huma miktuba mill-pinna ta’ Trevor Zahra u huwa proġett għat-tfal tas-sitt sena.