Ġiet f’Malta f’Jannar waħedha, imma wara xahar kellha tgħaddi minn esperjenza kerha ħafna.
Dan huwa r-rakkont ta’ barranija li ġiet hawn Malta tfittex ħajja aħjar. Kien nhar ta’ ġimgħa. Bħal jagħmlu ż-żgħażagħ kważi kollha, ħarġet ma’ sħabha.
Iżda tgħid li spiċċat f’appartament għarwiena u b’raġel fuqha, kontra l-volontà tagħha. Ir-raġel fajrilha daqqa ta’ ponn meta provat taħrab. Spiċċat barra fit-triq tħabbat il-bibien. Sabet raġel li fetħilha l-bieb, u flimkien ċemplu lill-Pulizija. Minkejja li ma kienx tul il-jum, social worker marret għandha. Tirrakkonta li ttieħdet id-dar, u Victim Support Malta għenuha billi provdula pervizz psikoloġiku u avukat fost oħrajn.
Issa għaddew xhur, imma tgħid li Victim Support Malta xorta jinsabu hemm magħha. “I want girls to know that there is life after rape and there is help out there. Without any judgment or blaming, Victim Support Malta will help”.
Segwi r-rakkont hawn: