Timmy hu kelb ċkejken ta’ sitt snin, bjond u tar-razza Chihuahua li nhar il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tas-19:30, żgiċċa mill-bieb tad-dar qrib il-Fgura waqt li kienu qed jieħdu ħsiebu familjar ta’ sidtu, li dakinhar kienet imsiefra. Ġara li bi ħsieb li jsib lil sidtu, intilef u issa ma jistax isib triqtu lura d-dar.
Il-lokalità fejn intilef Timmy tinsab Raħal Ġdid, qrib ħafna l-Fgura, u l-aħħar li ntlemaħ kien fit-triq opposta ta’ fejn hemm l-istabbilment Gallarija Cinemas, qrib ħanut li jbiegħ tiġieġ imsajjar. Lil sidt Timmy qalulha li persuna li kienet qed taħdem f’dan il-ħanut irnexxielha taqbdu, iżda wara ftit l-imqareb Timmy reġa’ żgiċċa u kompla bl-avventura tiegħu.
Issa sidt Timmy qed tappella lil kulħadd biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Timmy, jista’ jikkuntattjaha fuq 79907477.
Timmy kien liebes kullar aħdar meta ntilef, huwa ċċipjat u jekk issejjaħlu b’ismu jaf xorta waħda jibqa’ sejjer. Mar-ritorn tiegħu se jkun qed jingħata rigal bħala ringrazzjament.