‘Richard’ qed jiddomina l-midja soċjali. Bosta qed jikkummentaw, jgħaddu botti fuqu u jistaqsu min hu.
Richard spiċċa protagonist ġo filmat li juri żewġ persuni f’Malta jagħmlu atti indiċendi f’vettura. Il-persuna l-oħra hija tfajla li tidher liebsa l-flokk tax-xogħol, jiġifieri tal-Maltapost.
Dan il-filmat bħalissa qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali u qed jintbagħat bejn il-ħbieb b’messaġġ privat, biex jgħaddu siegħa żmien. Ħadd minnhom ma probabli jaf li qed ikunu parti mis-sistema ta’ tixrid ta’ materjal espliċitu mingħajr il-kunsens tal-persuni involuti u din hi llegali.
Filwaqt li forsi l-filmat ma nġibidx mill-persuna inkwistjoni u l-punt ta’ referenza ma kienx hu, il-mument li int bħala individwu tagħfas ‘share’ għal konverżazzjoni privata, xorta waħda tispiċċa parti miċ-ċirku ta’ iċċirkolar ta’ filmati espliċiti.
Jekk dan il-filmat hux ‘revenge porn’ għadu mhux magħruf iżda importanti li wieħed iżomm f’moħħu li filwaqt li taħseb li din hi daħka bejn tnejn, il-filmat jinvolvi żewġ persuni li għandhom ħajja privata u dan il-filmat jaf ikun ta’ detrement.
Jekk xi darba tiltaqa’ ma dawn it-tip ta’ filmati ħu ħsieb u għaddihom lill-Pulizija, u tkunx parti mill-merħla nagħaġ li qed ikabru ċ-ċirku.