Intwera għall-ewwel darba l-video uffiċjali tal-kanzunetta “1944” tal-kantanta Ukrena, Jamala.
Il-kanzunetta rebħet il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena u ġġenerat ammont sostanzjali ta’ interess internazzjonali.
Il-video tal-kanzunetta nġibed fir-reġjum ta’ Chernivtsi fil-Punent tal-Ukrajna.
Il-kantanta qalet li l-video kien l-aktar video diffiċli li qatt ħadet sehem fih. Dan għaliex jidher li n-natura u l-kundizzjonijiet tat-temp ma tantx kienu favorevoli u kienet kesħa kbira.
Il-post li fih inġibed il-video kien bażi militari abbandunata fil-quċċata tal-muntanja, Tomatik. Dan kien aspett ieħor li serva ta’ sfida għall-kantanta u l-imħuħ kollha wara dan il-video.
Il-kantanta żiedet tgħid li ż-żeffiena kienu mill-aqwa u stqarret li żifnu u ħadu pjaċir ilkoll flimkien qishom tribu wieħed.