Waqt il-maltempata li ħakmet lill-gżejjer Maltin fil-ġurnata tal-Ħamis 25 ta’ Novembru, kienu ħafna r-ritratti u l-filmati li bdew jinxterdu fil-midja soċjali, b’uħud veru u oħrajn li jew kienu meħuda minn maltempati passati jew editjati biex inislu tbissima. Iżda żgur ritratt u filmat li ħalla mpatt ta’ rikonoxximent kien dak tal-attur Heinrich Camilleri.
Heinrich li huwa ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, waqt il-maltempata kien xogħol u f’xena drammatika fis-Salini, salva familja milli tinġarr mal-għargħar. Din il-familja spiċċat bil-vettur fl-ilma u konsegwenza t’hekk telgħu fuq is-saqaf tagħha. L-intervent ta’ Heinrich u ħaddiema oħra tal-Protezzjoni Ċivili kien f’waqtu biex isalvaw lil dawn in-nies. Ħafna ddiskrevew lill-attur bravu Heinrich Camilleri u bosta ħaddiema bħalu, bħala eroj siekta.