Xeni mill-isbaħ meħudin Malta ddominaw filmat qasir li tpoġġa mill-paġna tas-sit soċjali Facebook tal-Isle of MTV, iżda sbieħ kemm huma sbieħ dawn ix-xeni – kienu numru ta’ Maltin li serqu x-xena waqt li jagħmlu d-“dab”.
Id-“dab” hi mossa li oriġinat mill-Istati Uniti fix-xena taż-żfin ‘hip-hop’ fejn iż-żeffien ibaxxi rasu fil-ġenb u jgħolli idu n-naħa l-oħra. Għalkemm hi mossa li jużaw waqt iż-żfin, ħadet fama sew fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa tant li mhux l-ewwel darba li tara xi ġuvni li ma sħabu joqgħod jagħmel id-“dab”,