Id-dulċier u l-personalita’ televiżiva Manuel Aquilina, żvela t-tema tal-figolli tiegħu għal żmien l-Għid ta’ din is-sena. ‘Maltese Artisan Collection 2022‘ hija t-tema ta’ din is-sena, hekk kif il-figolli, kollha xogħol tal-idejn, huma ddekorati b’temi maltin.
Fost l-ewwel minn din is-sensiela, Manuel juri lis-segwaċi tiegħu il-figolla tal-Luzzu traddizjonali Malti, kif ukoll il-Maduma Maltija. Lil Manuel tista’ ssegwih kull nhar ta’ Erbgħa, fis-5:45pm waqt il-programm ‘What’s Cooking with Manuel?‘ fuq ONE.