“From Għargħur all the way to Sicily”
Hekk kiteb il-fotografu Jonathan Borg, li osserva kemm kienet tidher ċara Sqallija minn Malta lbieraħ filgħaxija.
Sqallija tidher spiss f’viżibiltà tajba, minn diversi postijiet f’Malta, mill-Qolla l-Bajda ta’ Marsalforn sal-Mellieħa.
Illum tkun inqas viżibbli, bit-temp mistenni jkun imsaħħab. Jidher li se jkollna tmiem-il ġimgħa mxarrab u s-Sibt se jkun l-aktar jum kiesaħ.