Matul l-għodwa tat-Tlieta 14 ta’ Diċembru, il-kantanta Emma Muscat kellha laqgħa mal-Papa Franġisku. Fuq instagram hija uriet xi filmati u tkellmet mal-ammiraturi tagħha. Emma stqarret li tinsab tassew grata għal din l-opportunita’ filwaqt li ħasset emozzjoni unika.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/16073528/IMG_0100-677x1024.jpg)
Din is-sena, il-kantanta Maltija li għandha fama anke fl-Italja, Emma Muscat ser tkun waħda mill-mistiedna tal-kunċert tal-Milied fil-Vatikan. Dan il-kunċert huwa appuntament televiżiv tradizzjonali li jixxandar lejliet il-Milied fuq Canale 5.