Fir-raħal ta’ Ħal Tarxien, intramat siġra tal-Milied bid-dawl, ma’ arblu ta’ 70 pied. Dan l-arblu li jinsab fid-daħla ta’ Ħal Tarxien min-naħa tat-triq tal-Barrani, għal dawn iż-żminijiet ta’ festi huwa attrazzjoni li żgur jiġbed l-għajn.
Is-Sindku tal-lokal Joseph Abela Galea qal li din hija inizjattiva ġdida u ħidma tal-kunsill lokali li għall-ewwel darba jżejjen l-entratura tar-raħal. Din is-siġra tal-Milied bid-dawl tinkludi 200 fustun ta’ 8 metri l-wieħed, imdawwrin ma’ arblu