Ian David Long ta’ 28 sena, u li huwa eks membru tal-Forzi tal-Ordni Amerikana, qatel 12-il persuna f’bar f’Kalifornja lbieraħ, fl-inħawi magħrufa bħala Thousand Oaks.
Minn tal-anqas 200 persuna kienu fil-bar fil-ħin tal-attakk, hekk kif kien qed jiġi organizzat festin għal studenti ta’ Università fil-viċinanzi.
Perusni li kienu fil-bar fil-ħin tal-attakk ikkummentaw mal-midja li hekk kif semgħu l-isparaturi, qam paniku sħiħ u xi persuni kissru t-twieqi bis-siġġijiet biex joħorġu mill-istabbiliment. Oħrajn spjegaw kif raw b’għajnejhom lill-aggressur jispara fuq xi persuni, fosthom uffiċjal tal-Pulizija.
Jidher li s-suspettat għandu problemi ta’ saħħa mentali, minkejja li aktar kmieni din is-sena t-tobba tiegħu qalu mod ieħor mal-Pulizija wara li Long inżamm għall-osservazzjoni minħabba imġieba “stramba”.