Ix-xogħol fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid għaddej kif pjanat. Fost l-aktar affarijiet notevoli huwa l-mod li bih it-traffiku qed ikun direzzjonat. Id-devjazzjonijiet ġodda introdotti qed iwasllu għal iktar ordni waqt li għaddej ix-xogħol, minkejja li hija zona minnha nfisha traffikuża.
Il-proġett se jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.
Dawn huma ritratti esklussivi li l-uffiċju ta’ periti inkargiati, Building & Design Consultants, qed jieħdu mill-ajru biex kontinwament iżommu għajnejhom fuq ix-xogħol.
Hawn tista’ ssegwi spjega tad-devjazzjonijiet.