L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li approvat il-permess biex isir restawr lill-faċċata ewlenija tal-Knisja Parrokjali tan-Naxxar, dedikata lil Marija Bambina.
Fost oħrajn se jitneħħew marki suwed, ħmieġ u partijiet tal-metall, inkluż is-sistema ta’ dwal imwaħħla mal-faċċata. F’partijiet fejn il-ġebel iddeterjora, se jkun mibdul b’ġebel ġdid.
Ix-xogħol se jitwettaq skont ir-regoli tar-restawr u se jkun imħares minn uffiċjali tal-Awtorità. Din il-Knisja ilha klassifikata fl-ewwel grad minn Awwissu tal-2011, li tfisser li hija protetta minħabba l-valur storiku u arkitettoniku tagħha.
Propju għada n-Naxxar jiċċelebra l-festa tal-Vitorja.