Raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid, mara ta’ 30 sena residenti ż-Żejtun, mara ta’ 45 sena flimkien ma tliet itfal li għandhom bejn tliet u sitt snin qed jingħataw kura l-isptar Mater Dei wara inċident fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Furjana.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 17.40. Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid u vettura tat-tip Skoda Fabia misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti ż-Żejtun u li flimkien magħha kien hemm żewġt itfal ta’ sitta u tliet snin.
Fil-vettura tat-tip Peugeot flimkien mar-raġel ta’ 37 sena kien hemm mara ta’ 45 sena kif ukoll tifel ta’ ħames snin.
Il-kundizzjoni tal-persuni għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.