Somalu ta’ 25 sena li joqgħod il-Munxar weħel tliet snin u nofs ħabs wara li fil-Qorti ammetta li attakka uffiċjal pubbliku u kiser il-bon ordni. Il-każ seħħ fit-13 t’April għall-ħabta tad-9:45am meta l-akkużat hedded u kkawża ġrieħi ħfief fuq uffiċjal Pubbliku.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Is-Seduta kienet kienet ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella. Filwaqt li l-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.