Ingliż ta’ 31 sena weġġa’ serjament wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u nqaleb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30pm fi Triq San Anard, ir-Rabat Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Dawn tal-aħħar ħadu r-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.