Niġerjan ta’ 31 sena li jgħix Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li spiċċa b’idu maqbuda ġo fann industrijali.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar fi stabbiliment fi Triq Ħal Farruġ, fis-Siġġiewi.
Fuq il-post marru l-pulizija u anke tim mediku li ħa r-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.