Raġel weġġa’ gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza, li allegatament telqet minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta fi Triq il-Wied, f’Ħal Balzan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u anke tim mediku, fejn il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. Dan sabiex tinstab il-karozza li allegatament laqtet lir-raġel.
Dan filwaqt li nħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.