Raġel ta’ 55 sena, li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-00:30 ta’ dalgħodu fi Triq Burmarrad, meta ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda NC750XA, tilef il-kontroll u waqa’.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.