Sewwieq ta’ mutur ta’ 49 sena mis-Siġġiewi weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fl-Imtarfa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq l-Imtarfa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u vettura misjuqa minn mara ta’ 41 sena li tgħix ir-Rabat.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ta l-għajnuna lis-sewwieq tal-mutur.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.