Raġel ta’ 41 sena mis-Swieqi weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozzi fis-Swieqi stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 tal-ilbieraħ filgħaxija fi Triq Sant’Andrija fis-Swieqi. Il-każ ġara meta erba’ karozzi misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena minn San Pawl il-Baħar, mara ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ, raġel ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid u raġel ta’ 41 sena mis-Swieqi ħabtu.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku li ħadu lir-raġel mis-Swieqi l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.